Ambjent Lokali

“Il-Gvern li jisma’ jgħaddi romblu fuq kulħadd dwar l-art pubblika tal-Miżieb”

“Il-Gvern li jisma’ llum għażel li jisfida billi jirrombla minn fuq is-soċjetà ċivili, l-Kunsilli Lokali u kull min talab biex il-ftehim, bejn il-Gvern u l-FKNK dwar l-immaniġġjar tal-art pubblika tal-Miżieb, jiġi ppubblikat qabel ma’ jiġi ffirmat.”

Saħaq dan il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent, David Thake, fi stqarrija.

Huwa qal li dan il-ftehim ġie ffirmat bil-moħbi u mingħajr il-preżenza tal-midja. Dan minkejja li kienu nħarġu inviti għal attivita’ li kellha ssir nhar il-Ħadd li ġej.

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li ma jaċċettax li l-art pubblika tkun magħluqa għall-pubbliku mingħajr raġuni valida.

Il-Partit Nazzjonalista temm isellem il-ħidma tas-soċjeta’ ċivili u tal-Kunsilli Lokali, li għal darb’oħra kienu strumentali biex jinħoloq għarfien dwar dan il-każ.