Nhar il-Ħadd li ġej il-Partit Nazzjonalista se jorganizza maratona ġbir ta’ fondi fid-Dar Ċentrali. Maratona bit-tema “Ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu” ….bl-iskop li tkompli tissaħħaħ il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista.
Dwar l-importanza ta’ din l-inizjattiva gbir ta’ fondi tkellimna mal-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius.
Min-naħa tiegħu il-Viċi Kap ghall-Hidma fil-Partit Robert Arrigo saħaq fuq l-importanza tal-fondi ħalli jsir investiment f’apparat ġdid u modern sabiex l-messaġġ tal-PN ikompli jasal għand in-nies bl-aħjar mod possibbli.
L-appell huwa sabiex kulħadd ikun ġeneruż u jipparteċipa bis-sħiħ, hekk kif bl-użu għaqli tad-donazzjonijiet, se jkompli jsir investiment fil-media tal-PN biex jitwassal l-aqwa servizz ….u servizz modern lil min isegwina.
Din se tkun l-ewwel maratona ġbir ta’ fondi għall-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Il-maratona, li se tixxandar live fuq Net Television u Net FM tibda fl-4 ta’ waranofsinhar u tiġi fi tmiemha fil-11 ta’ filgħaxija.
//= $special ?>