“Irridu li nibqgħu nisimgħu lill-imsieħba soċjali kollha u li jkollna djalogu kontinwu magħhom. Intom ukoll tiltaqgħu kontinwament mad-diffikultajiet li qegħdin jaffaċċjaw il-ħaddiema u l-familji tagħhom matul dawn iż-żminijiet diffiċli.” Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta ltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-UĦM Voice of the Workers fid-Dar Ċentrali.
Huma ppreżentaw id-dokument ta’ qabel il-Budget tagħhom… dokument li fih 89 proposta li jkopru 21 tema differenti fosthom l-ekonomija, l-edukazzjoni u l-ambjent.
Bernard Grech qal li dan id-djalogu bejn il-Partit Nazzjonalista u l-imsieħba soċjali deher ukoll matul il-proċess li wassal għat-tnedija llum tad-Dokument ta’ Qabel il-Baġit, fejn l-Oppożizzjoni semgħet dak li kellhom x’jgħidu l-imsieħba soċjali u għamlet tagħha wkoll suġġerimenti u ideat li l-imsieħba soċjali għamlu matul dan il-proċess. Dan sabiex il-Partit Nazzjonalista għandu dokument li huwa tajjeb għall-pajjiż imma wkoll għall-nies. Bernard Grech qal li flimkien nistgħu nibnu ekonomija li taħdem għan-nies.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Ezekuttiv tal-UĦM – Voice of The Workers, Josef Vella qal li dan huwa Budget li fl-isfond tiegħu hemm l-imxija tal-Covid-19, għalhekk huwa essenzjali li jintlaħaq bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija.
Vella jinsab imħasseb ukoll dwar is-stiwazzjoni ġenerali tal-politika f’pajjiżna fejn il-korruzzjoni tappnet ir-reputazzjoni ta’ Malta.
Prezenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Kelliem tal-Oppozizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli, il-Kelliem għall-Ekonomija Claudio Grech, il-President tal-SHPN Ivan Castillo, u Graham Bencini, President tal-Forum Professjonijisti tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>