Ekonomija Kummerċ Lokali

It-tweġiba ta’ Silvio Schembri fuq taxxi ġodda: ‘Jista’ jkollok’

Ftit jiem biss ‘il bogħod mill-ġurnata illi fiha se jitressaq il-Budget għas-sena d-dieħla, il-Ministru tal-Ekonomija ghadu ma jridx jaghti indikazzjoni kemm se tkun iz-zieda tal-COLA.

Mistoqsi minn dan l-istazzjon dwar kemm se tkun din iż-żieda ghall-gholi tal-hajja, il-Ministru Silvio Schembri irrisponda biss bit-twegiba teknika – li din tinhadem skont il-mekkanizmu li dejjem intuza.

“Iż-żieda fl-għoli tal-ħajja toħroġ fil-Budget bħall-miżuri l-oħrajn.

Silvio Schembri f’nifs qal li huwa Gvern tal-ħolqien tal-ġid u mhux tat-taxxi u f’nifs ieħor, meta rrimarkat li Edward Scicluna qal li ma jistax ikun li jkollok budget bla taxxi, ma eskludiex li “jista’ jkollok” taxxi ġodda introdotti.

Il-Budget għas-sena d-dieħla se jkun ippreżentat fil-Parlament nhar it-Tnejn 19 t’Ottubru. L-attenzjoni fuq dan il-Budget hi waħda partikolari minħabba l-fatt li ħafna qed jistennew miżuri qawwija minn naħa tal-Gvern fl-ambitu tal-pandemija li għadha qed taffetwa lil pajjiżna.