Kuntistabbli tal-Pulizija minn Ħaż-Żabbar kellu s-sentenza tiegħu dwar vjolenza domestika mibdula minn sentenza ta’ ħabs sospiżi għal waħda ta’ libertà kundizzjonata minħabba fatturi mportanti fil-konfront tal-vittma.
Dik li t-telfien ta’ mpieg kien se jwassal biex dik l-eks mara tiegħu u uliedu kienu se jispiċċaw mingħajr manteniment. Il-koppja qabel ma sseparat kienet ilha miżżewwġa 12-il sena.
Il-membru tal-Korp tal-Pulizija kien ġie kundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn ħabs wara li l-Qorti tal-Maġistrat sabitu ħati li fid-dar matrimonjali tal-koppja f’Ħaż-Żabbar, ir-raġel kien ikkommetta feriti gravi fuq martu. Dan l-inċident kien seħħ f’ Awwissu tal-2017.
Huwa kien instab ħati wkoll li bl-imġieba tiegħu kkaġuna biża fuq martu u t-tliet uliedu u li bħala Pulzija kkommetta reat li suppost kellu jissorvelja li dan ma jseħħx.
Il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Edwina Grima qalet li mill-provi rriżulta li mart il-Kuntistabbli sofriet ġrieħi li jikkonsistu f’nefħa u tbenġila f’għajnejha x-xellugija.
Fir-rapport tagħha l-mara qalet li għall-ħabta ta’ nofs il-lejl kienet fil-kamra tas-sodda rieqda. Żewġha ta daqqa kbira fuq il-bieb u ħebb għaliha biex isawwatha. Hu mbuttatu lura iżda xorta waħda rnexxielu ifarjjrilha daqqa ta’ ponn f’għajnjeha.
Il-mara kienet qalet li żewġha kien juża kliem diżreġġattiv fil-konfront tagħha u ta’ uliedha. Fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Appell qalet fejn minkejja li l-każijiet kollha ta’ vjolenza huma kundanabbli u għandhom jirċievu l-għadab tal-Qrati.
Dan aktar u aktar meta din isseħħ minn persuni li f’idejhom hija fdata il-ħarsien tal-ordni pubblika, llum il-koppja minkejja li m’għadhomx jgħixu flimkien solvew id-diżgwid ta’ bejniethom.
Il-biża tat-telfien ta’ impieg u l-fatt li l-kondotta tal-ħati hija waħda nadifa, l-Qorti varjat il-piena sabiex ma toħloqx kundanna, iżda xorta waħda tkun qed toloq id-deterrent meħtieġ biex dan kollu ma jirrepetix ruħu. Għaldaqstant huwa ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jikkomettix reat ieħor fi żmien tliet snin.
L-Avukat Mario Mifsud deher għall-Kuntistabbli filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Josric Mifsud.
//= $special ?>