Il-Partit Nazzjonalista filwaqt li jirreferi għal-laqgħa li saret f’pajjiżna min numru ta’ deputati Libjani, jawgura li din twassal għall-passi ta’ paċi, rikonċiljazzjoni u demokrazija.
Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin, Carm Mifsud Bonnici, u s-Segretarju Internazzjonali, Roselyn Borg Knight, qal li jappoġġja kull inizzjattiva li ssir sabiex jieqfu l-kunflitti li rajna tul din s-sena speċjalment dawk li jsiru f’pajjiżna.
“Il-poplu Libjan jixraqlu li jkollu futur li jiggarantixxi żvilupp u progress. Kif wettaqna fil-passat se nibqgħu pożittivi biex l-partijiet kollha jaslu fi ftehim aċċettabli u permanenti.”