Raġel li qatel disa’ nisa fin-Niġerja ngħata l-kundanna tal-mewt minn qorti fil-belt ta’ Port Harcourt – bil-verdett jintlaqa’ b’sodisfazzjon mill-qraba tal-vittmi u diversi opinjonisti f’dan il-pajjiż.
Il-każ tas-serial killer, Gracious David-West, li għandu 26 sena, qanqal għadab u rabja kbira fin-Niġerja. Dan meta l-vittmi tal-qattiel kollha mietu mgħallqin wara li kienu attakkati minn David-West, li kien jikkonċentra fuq ir-residenti tal-lukandi.
Fil-fatt, il-qattiel wettaq l-attakki fil-kmamar fejn kienu alloġġjati dawn l-vittmi — b’mara li kienet sfat attakkata jirnexxilha ssalva b’ħajjitha, għalkemm ma ttellgħetx bħala xhud waqt il-proċess tal-qorti.
Il-pulizija qalu li l-qattiel anki ammetta għall-omiċidji ta’ sitt nisa oħra ‘fi bnadi differenti’ iżda hu ma kienx ipproċessat dwar ir-reati fuq nuqqas ta’ xhieda.
L-imħallef li qara l-verdett qal li s-serial killer se jingħata l-mewt bil-forka.
Dan meta hu pjuttost rari li tingħata l-piena tal-mewt fin-Niġerja – bl-aħħar tliet esekuzzjonijiet ta’ ħabsin imorru lura għall-2016.
//= $special ?>