Lokali

Taljan jitlef ħajtu wara li waqa’ bil-forklifter

Taljan ta’ 68 sena tilef ħajtu traġikament wara li nqaleb bil-foklifter u ġie fuqu. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart fiż-Żona Industrijali ta’ Birżebbuġa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia li ħatret Inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.