Alex Dowsett kiteb l-istorja għat-tim tiegħu Isreal Start-Up Nation meta kiseb l-ewwel rebħa għat-tim tiegħu fi stadju ta’ tour prinċipali.
Dowsett rnexxielu jiftaħ vantaġġ komdu ta’ 55 sekonda fuq Matthew Holes u Joey Rosskopf bid-distakk jonqos 10km lejn it-tmiem. Ir-rebħa ta’ Dowsett tasal fil-jum li sieħbu l-Brittaniku Simon Yates kellu jirtira mit-tour minħabba li nstab pożittiv għall-coronavirus.
//= $special ?>