Sport Sport Ieħor

Djokovic kontra Nadal fil-finali tar-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic għeleb lil Stefanos Tsitsipas 6-3 6-2 5-7 4-6 6-1 biex kiseb post fil-finali tar-Roland Garros fejn se jkun qiegħed jilgħab kontra s-seed numru tnejn Rafael Nadal wara li fis-semifinali għeleb lil Diego Schwartzman 6-3 6-3 7-6. Din se tkun is-56 darba li dawn iż-żewġ tennisti se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin f’finali ta’ tournament tat-tennis u d-disa’ darba f’finali ta’ Grand Slam.

Nadal għandu rekord dominanti fir-Roland Garros u se jkun qiegħed jittama li jirbaħ dan il-Grand Slam għat-tlettax –il darba. Min naħa tiegħu Djokovic rebaħ dan il-Grand Slam darba biss iżda se jkun konxju li b’rebħa jilħaq lill-istess Nadal fin-numru ta’ Grand Slams li rnexxielu jirbaħ.