Futbol Sport

Draw għal Malta f’Andorra

(Ritratt: MFA)

Andorra………………………………….0

Malta……………………………………….0

Andorra: J. Gomes, C. Martinez (M. Garcia 85’), M. Vales, E. Garcia, M.Pujol, M. Viera, A. Sanchez (S. Nicolas 85’, R. Fernandez (J. Alaez 70’), A. Martinez (V. Bernat 90’), J. Cervos, J. Rubio

Malta: H. Bonello, R. Camenzuli, S. Borg, A. Agius, J. Mbong, S. Pisani (B. Kristensen 78’), T. Teuma, J. Degabriele (L. Montebello 61’), P. Mbong (J. Grech 78’), L. Gambin, Z. Muscat

Referee: A. Durleux

Assistent referees: G. Francios Becker, J. Da Silva

It-tim Malti kiseb draw ta’ mingħajr gowls kontra Andorra fl-ewwel partita minn konfornt doppju barra minn daru f’din l-edizzjoni tal-UEFA Nations League wara li nhar il-Ħamis f’partita ta’ ħbiberija kontra Ġibiltà t-tim Malti rebaħ 2-0.

It-tim imexxi minn Devis Mangia fetaħ fuq l-offensiva u wara 22 minuta l-gowliper ta’ Andorra kien impenjat b’xutt tajjeb ta’ Paul Mbong. Tul l-ewwel taqsima t-tim Malti baqa’ jaqsam il-logħob mal-avversarji b’nofs ċansijiet fuq iż-żewġ naħat. Fit-tieni taqsima Andorra fetħu aħjar u setgħu marru fil-vantaġġ fil-50 minuta meta minn żball fid-difiża, il-ballun spiċċa f’saqajn Martinez li l-konklużjoni tiegħu marret ftit barra mill-lasti ta’ Bonello. Fit-68 minuta, d-daqqa ta’ ras ta’ Andrei Agius għaddiet ftit barra wara freekick tajjeb ta’ Gambin. Iż-żewġ timijiet naqsu milli joħolqu azzjonijiet denji ta’ nota fl-aħħar 20 minuta minkejja li l-kowċ Malti wettaq numru ta’ sostituzzjonijiet offensivi biex jipprova jsib il-gowl tar-rebħa.

Fil-partita l-oħra mill-istess grupp ta’ Malta, il-Gżejjer Faroe u l-Latvja temmew fi draw ta’ 1-1. Minn Sezzjoni A, Spanja rebħu f’darhom 1-0 kontra l-Iżvizzera bil-gowl għall-Ispanjoli jasal minn MIKEL OYARZABAL fl-14 –il minuta.

Il-Ġermanja barra minn darhom kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq l-Ukranja. Għall-Ġermanja fetaħ l-iskor MATTHIAS GINTER fl-20 minuta filwaqt li LEON GORETZKA għamilhom 2-0 ma’ ftuħ it-tieni taqsima. L-Ukreni naqqsu l-iskor fis-77 minuta permezz ta’ penalty ta’ RUSLAN MALINOVSKY.