Is-sewwieq ta’ Yamaha Fabio Quartararo se jibda fuq quddiem fil-Grand prix ta’ Le Mans fi Franza. Hu temm qabel Jack Miller u Davide Petrucci li se jibdew mit-tieni u mit-tielet post rispettivament. Cal Crutchlow se jibda mir-raba’ post u se jkun segwit minn Maverick Vinales ta’ Yamaha. Andrea Dovizioso ta’ Ducati u sieħbu fi-tim Francesco Bagnaia se jibdew mis-sitt u mis-seba’ post rispettivament, b’Pol Espargaro se jibda mit-tmien pożizzjoni. Johan Zarco se jibda mid-disa’ post filwaqt li s-sewwieq Taljan Valentino Rossi se jibda mill-għaxar pożizzjoni.
Kif se jibdew: 1 F. Quartararo 1:31.315, 2 J. Miller +0.222, 3 D. Petrucci +0.359, 4 C. Crutchlow +0.371, 5 M. Vinales +0.404, 6 A. Dovizioso +0.407, 7 F. Bagnaia +0.437, 8 P. Espargaro +0.480, 9 J. Zarco +0.517, 10 V. Rossi +0.574, 11 F. Morbidelli +0.576, 12 M. Oliveira +0.694, 13 T. Nakagami Q1 +0.227, 14 J. Mir Q1 +0.235, 15 A. Espargaro Q1 +0.587, 16 A. Rins Q1 +0.805, 17 B. Binder Q1 +0.814, 18 A. Marquez Q1 +0.822, 19 B. Smith Q1 +0.881, 20 I. Lecuona Q1 +0.907, 21 S. Bradl Q1 +0.909, 22 T. Rabat Q1+0.749
//= $special ?>

