Internazzjonali

Ir-Renju Unit jirtira ‘l-ambaxxatur mill-Belarus

Ir-Renju Unit ingħaqad ma’ 7 pajjiżi Ewropej oħra, fosthom il-Ġermanja, ir-Rumanija u r-Repubblika Ċeka, u rtira lill-ambaxxatur tagħha, Jacqueline Perkins, mill-Belarus fi sfond ta’ tensjonijiet politiċi dejjem jikbru fil-pajjiż.

Is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit, Dominic Raab, saħaq li din id-deċiżjoni ttieħdet bħala sinjal ta’ solidarjetà mal-Polonja u Litwanja, li kienu vokali fil-kritika kontra Lukashenko, wara li l-Belarus keċċa 35 diplomatiku miż-2 pajjiżi.

Raab ikkundanna din id-deċiżjoni inġusta li tiżola aktar lill-poplu tal-Belarus li bħalissa qed jesperjenza protesti kbar wara l-elezzjonijiet dubjużi t’Awwissu li fihom nħatar Alexander Lukashenko President tal-pajjiż.