Futbol Sport

Marcus Rashford se jkun onorat mir-Reġina Eliżabetta

(Ritratt: EPA)

L-attakkant internazzjonali Ingliż u ta’ Manchester United Marcus Rashford se jingħata l-unur MBE mir-Reġina Eliżabetta bħala rikonoxximent li wettaq ma’ tfal vulnerabbli waqt il-pandemija tal-coronavirus.

Din is-serata kellha ssir f’Ġunju li għadda iżda kawża tal-pandemija ġiet posposta. Rashford kien strumentali wkoll biex il-Gvern Ingliż idawwar id-deċiżjoni tiegħu sabiex it-tfal vulnerabbli jingħataw l-ikel b’xejn anke tul ix-xhur tas-sajf.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Rashford qal li jħossu onorat li bħala raġel iswed minn Wythenshawe se jkun qed jieħu dan l-unur prestiġjuż fl-età ta’ 22 sena. Hu appella lil poplu Brittaniku sabiex l-ebda tifel u tifla ma jbatu l-ġuħ irrelevanti mis-sitwazzjoni.