Basketball Sport

Miami Heat jirbħu l-ħames partita kontra LA Lakers

(Ritratt: EPA)

Fil-finali tal-NBA, Miami Heat għelbu lil LA Lakers 111-108 biex b’hekk se tkun sfurzata s-sitt partita. LA Lakers jinsabu rebħa l-bogħod milli jirbħu din il-finali. Huma tilfa ċ-ċans li jagħmlu dan matul il-lejl li għadda fejn kienu fil-vantaġġ sa 21 sekonda qabel ma ntemmet il-partita, iżda żewġ ‘foul shots’ ta’ Jimmy Butler dawru l-partita favur Heat.

Bla dubju sa issa l-aktar żewġ plejers li spikkaw kienu Le Bron James għal LA Lakers u Jimmy Butler għal Miami Heat biż-żewġ plejers matul il-lejl li għadda skorjaw 40 punt u 35 punt kull wieħed. Is-sitt partita se tintlagħab matul il-lejl ta’ bejn għada u t-Tnejn f’Orlando.