Coronavirus Lokali Saħħa

Pożittivi, negattivi u kwarantinati fl-istess swali

Fl-aħħar ġimgħat fl-isptar Mater Dei, żviluppat sitwazzjoni bies issa diversi swali issa għandhom fihom pazjenti li huma pożittivi għall-Covid-19, pazjenti li ħarġu negattivi, oħrajn li huma fi kwarantina, kif ukoll oħrajn li għadhom qed jistennew ir-riżultat tat-test tagħhom.

Jidher li din is-sitwazzjoni żviluppat hekk kif in-numru ta’ każi reġa’ sploda fl-aħħar ġranet.

It-taħlit tal-pazjenti qed jagħmilha diffiċli kemm għall-infermiera li jaħdmu f’dawn is-swali, kif ukoll għat-tobba. Dan apparti l-fatt li naturalment qed ikabbar ukoll il-possibbilità li pazjent li jkun negattiv jispiċċa jieħu l-virus mill-isptar stess.

Net News hu infurmat li din is-sitwazzjoni tinsab f’għadd ta’ swali u mhux biss fis-swali li kienu intiżi li jżommu fihom persuni li għadu mhux magħruf ir-rizultat tagħhom.