Internazzjonali

Splużjoni ta’ tank tal-fuel iħalli 4 vittmi u 20 midruba f’Bejrut

People gather as rescuers evacuate people from their buildings after a fuel tank exploded in the al-Tariq al-Jadida neighborhood of Beirut, Lebanon October 9, 2020. REUTERS/Issam Abdallah
Esperjenza trawmatizzanti li ġabet eku tal-isplużjoni devastanti fil-port ta' Bejrut, li ħalla aktar minn 200 vittma

Splużjoni ta’ tank tal-fuel fil-kapitali Lebaniża, Bejrut, ħalla 4 vittmi u 20 persuna oħra midruba serjament f’żona li.

Il-blast seħħ wara li t-tank ħa n-nar u n-nirien anki laħqu l-bini fl-isqaqien tad-distrett ta’ Tariq-al-Jdide, li l-popolazzjoni tagħha għandha densità qawwija ħafna.

Sa issa għadu mhux magħruf x’ikkawża n-nirien, bl-operazzjoni ta’ salvtaġġ għadha għaddejja sabiex tirkupra kemm jista’ jkun nies, anki bl-użu ta’ slielem twal mill-membri tal-protezzjoni ċivili biex isalvaw lir-residenti mill-gallariji tagħhom.

Din l-esperjenza trawmatizzanti ġabet eku tal-isplużjoni devastanti fil-port ta’ Bejrut li ħalla aktar minn 200 vittma, bl-esperti jgħid li kienet waħda mill-akbar splużjonijiet mhux nukleari fl-istorja