Formula 1 Sport

Valtteri Bottas jikseb il-Pole Position fil-Ġermanja

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Mercedes Valtteri Bottas se jibda fuq quddiem fil-Grand Prix ta’ Nurburgring fil-Ġermanja wara li għeleb lis-sfida ta’ sieħbu fit-tim Lewis Hamilton b’0.256 ta’ sekonda u temm fit-tieni post.


Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen se jibda mit-tielet post segwit mis-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc filwaqt li sieħbu fit-tim Sebastian Vettel se jibda mill-11 –il pożizzjoni.
Alex Albon se jibda mill-ħames post filwaqt li Daniel Ricciardo mis-sitt post. Esteban Ocon u Lando Norris se jibdew mis-seba’ u mit-tmien post rispettivament.

Is-sewwieq ta’ Racing Point Sergio Perez se jibda mid-disa’ post, b’Carlos Sainz se jibda mill-għaxar pożizzjoni.
It-tellieqa tibda fis-2.10pm.