Malta qed tibki vittma oħra tal-Covid-19 dan hekk kif anzjan ta 67 sena tilef ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei waqt li kien pożittiv għall-virus.
Din il-mewta tfisser it-42 waħda b’kawża tal-Covid-19 u t-30 mewta meta tgħodd tax-xahar ta’ Settembru u sa issa ta’ Ottubru.
Fl-aħħar sigħat Malta rreġistrat 95 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li 30 fiequ minn din il-pandemija.
Dan in-numru jfisser li fl-ewwel jumejn ta’ din it-32 ġimgħa ta’ din l-imxija fostna, Malta rreġistrat 195 każ ġdid.
It-total ta’ każijiet attivi issa tela’ għal 774, bit-total kollu ta’ każijiet sa issa huwa ta’ kważi 4,000 każ, biċ-ċifra hi dik ta’ 3,993.
Sa issa l-ammont totali ta’ nies li fiequ minn dan il-virus huwa ta’ 2,967.
Intant jissokta d-disgwit industrijali bejn in-nurses u l-Gvern dan hekk kif l-infermiera mhux qed jagħtu t-tilqima tal-influwenza.
L-MUMN, il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel appellat lill-ħaddiema membri biex fl-ebda ċirkustanza ma jagħtu t-tilqima. Din id-direttiva fir-realtà inħarġet ftit tal-ġimgħat ilu lill-infermiera kollha tal-kura tas-saħħa primarja… dan wara disgwit dwar l-allowances għall-ikel u l-leave żejjed mogħti lill-ħaddiema minflok btajjel pubbliċi fi tmiem il-ġimgħa.
L-ordni tad-direttiva kienet iffirmata mill-Presidnet tal-MUMN Paul Pace fejn ħeġġeġ lill-ħaddiema biex ma jaċċetawx tibdil fir-roster biex jagħtu t-tilqima… jew li jaħdmu xi overtime.
Il-każi kkonfermati bejn is-Sibt u l-Ħadd għadhom qed jiġu investigati. Intant mill-100 każ tas-Sibt hemm: 31 każ li huma qraba ta’ persuni pożittivi, 9 li kienu kuntatti fuq il-post tax-xogħol, ħamsa li kienu kuntatti diretti u żewġ każi ta’ persuni f’attivitajiet soċjali. Dan ifisser li kien hemm total ta’ 53 li huma sporadiċi.
//= $special ?>