Danilo Petrucci ta’ Ducati rebaħ il-Grand Prix ta’ Franza fejn xita qalila qabel il-bidu sfurzat t-tellieqa tibda kemmxejn tard. Petrucci sar is-seba’ sewwieq differenti li rebaħ dan l-istaġun. Hu kien segwit minn Alex Marquez ta’ Repsol u Pol Espargaro ta’ KTM. Marquez ta lil Repsol għall-ewwel darba din is-sena post fuq il-podju.
Fir-raba’ post daħal Andrea Dovizioso ta’ Ducati u warajh Johann Zarco ta’ Esponsorama. Huma kienu segwiti minn Miguel Olivera ta’ KTM u Takaaki Nakagami ta’ LCR. Fit-tmien u d-disa’ post daħlu Stefan Bradl ta’ Repsol u Fabio Quartararo ta’ Yamaha. Maverick Vinales ta’ Monster Yamaha u Joan Mir ta’ Suzuki temmew fl-10 u fit-11-il post rispettivament.
Fil-quċċata tal-kassifika ġenerali, Quartararo għadu fl-ewwel post għaxar punti fuq Mir, bi tmien punti taħtu nsibu lil Dovizioso fit-tielet post.
Valentino Rossi ta’ Yamaha ħareġ mit-tellieqa mal-ewwel dawra wara li ħabat, bil-waqa’ tiegħu toħloq xi ftit tal-konfużjoni. Ma spiċċawx ukoll huma Jack Miller ta’ Pramac, Franco Morbidelli ta’ Yamaha, Cal Crutchlow ta’ Honda, Tito Rabat ta’ Esponsorama u Bradley Smith ta’ Aprilia.
Kif spiċċaw: 1. D. Petrucci 45.54.736, 2. A. Marquez +1.273, 3. P. Espargaro +1.711, 4. A. Dovizioso +3.911, 5. J. Zarco +4.310, 6. M. Oliveira +4.466, 7. T. Nakagami +5.921, 8. S. Bradl +15.597, 9. F. Quartararo +16.687, 10. M. Vinales +16.895, 11. J. Mir, 12. B. Binder, 13. F. Bagnaia, 14. A. Espargaro, 15. I. Lecuona, 16. A. Rins. Ma spiċċawx: J. Miller, F. Morbidelli, C. Cruthlow, T. Rabat, B. Smith, V. Rossi
//= $special ?>