Lokali

Gvern Laburista li huwa maqtugħ mir-realtajiet tan-nies – PN

Fid-diskors tiegħu tal-lum, Robert Abela reġa’ wera li jinsab maqtugħ mir-realtajiet tan-nies.

Dan qalu l-PN permezz ta’ stqarrija fejn tenna li l-Gvern Laburista mhux jindirizza b’serjetà t-tħassib tas-self employed, il-ħaddiema u l-familji tagħhom f’dan iż-żmien diffiċli. Robert Abela mhux jifhem li t-tbatijiet u d-diffikultajiet li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom il-familji ma jiġux solvuti bil-PR stunts

Tħassib li issa qed jiġi rifless f’diversi saffi tas-soċjetà, minħabba li dan it-tħassib mhux jiġi indirizzat speċjalment matul dawn l-aħħar ġranet fost l-anzjani, l-għalliema, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom. Dan kollu għaliex il-Gvern Laburista m’għandux pjan.