Lokali

Jitpoġġa taħt probation wara li kkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel

Il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Simone Grech, raġel ta’ 56 sena residenti l-Għarb, Għawdex.

Huwa ġie akkużat talli nhar l-10 t’Ottubru, 2020, għall-ħabta tas-18:15, ikkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel ta’ 62 sena u għamel ħsara fuq oġġetti personali tar-raġel, fost oħrajn.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u tqiegħed taħt ordni ta’ probation fuq numru ta’ kundizzjonijiet. Il Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.