Futbol Sport

L-Ingilterra jegħlbu lil Belġju

(Ritratt: EPA)

Fit-tielet partita tal-League A Grupp 2 tal-UEFA Nations League, L-Ingilterra ħarġu rebbieħa 2-1 kontra l-Belġju. Il-Belġju ngħataw penalty fis-16-il minuta, wara li Eric Dier waqqa lil Romelu Lukaku fil-kaxxa, bl-istess LUKAKU nkwadra mill-11-il metru. Fid-39 minuta, l-Ingilterra rebħu penalty wara li Jordan Henderson inġibed waqt korner, b’Marcus RASHFORD iġib il-partita fi draw. Il-gowl tar-rebħa wasal fl-64 minuta, meta xutt ta’ Mason MOUNT ġie devjat bil-ballun spiċċa fix-xibka. Dan ir-riżultat ipoġġi lill-Ingilterra fil-quċċata tal-grupp, b’seba’ punti segwiti mill-Belġju b’sitt punti.

Fil-partiti l-oħra tal-ġurnata, l-Kroazja rebħu 2-1 kontra Sweden, li jagħmlu parti mil-League A Grupp 3. Nikola VLASIC poġġa lill-Kroati fuq quddiem, b’Marcus BERG iġib il-logħba ndaqs. Andrej KRAMARIC skorja l-gowl tar-rebħa fl-aħħar minuti tal-partita. B’hekk il-Kroazja kisbu l-ewwel tliet punti ta’ dan il-grupp wara telfiet kontra l-Portugall u Franza, filwaqt li l-Iżvezja jibqaw l-aħħar bla punti.

L-Olanda kienu miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Bosnja.

Erling HAALAND ta’ Borrusia Dortmund għamel hattrick u ta r-rebħa lin-Norveġja kontra r-Rumanija. HAALAND fetaħ l-iskor fit-13-il minuta, segwit minn gowl ta’ Alexander SORLOTH. HAALAND kompla kabbar il-vantaġġ fl-64 minuta u fl-74 minuta.