Sewwieq ta’ mutur ta’ 62 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr.
Jidher li għal xi raġuni, is-sewwieq tal-mutur tat-tip Honda, kellu impatt ma’ karozza tat-tip BMW li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena residenti l-Mosta.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
//= $special ?>