Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tal-Ġermanja hekk kif laħaq ir-rekord ta’ Schumacher bl-iktar rebħiet fil-Formula 1. Huma rebħu 91 tellieqa fil-Formula 1, filwaqt li Hamilton jinsab viċin ukoll li jilħaq ir-rekord ta’ Schumacher tal-iktar sewwieq li rebaħ kampjonati, b’seba’ titli fuq ismu.
Fit-trakka ta’ Nurburgring, Max Verstappen ta’ Red Bull daħal fit-tieni post segwit minn Daniel Ricciardo ta’ Renault. Ricciardo tela’ għall-ewwel darba fuq il-podju ma’ Renault, filwaqt li kien ilu ma jiġi mal-ewwel tlieta mill-2018. Sergio Perez ta’ Racing u Carlos Sainz ta’ McLaren daħlu fir-raba’ u l-ħames post rispettivament.
Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc temm fis-seba’ post, b’sieħbu Sebastian Vettel spiċċa fil-11-il post.
Racing Point kellhom ġurnata pożittiva, hekk kif Perez temm fir-raba post, Nico Hulkenberg beda t-tellieqa fl-20 post u rnexxielu jirkupra billi temm it-trakka fit-tmien post. Romain Grosjean ta l-ewwel punti lil Haas wara iktar minn sena.
Valtteri Bottas beda fuq quddiem tat-tellieqa, u fit-13-il dawra inqabeż minn Hamilton, fejn ftit wara kellu jieqaf minħabba problemi fil-magna. Ma temmewx it-tellieqa wkoll kienu Lando Norris ta’ McLaren, Alexander Albon ta’ Red Bull, Esteban Ocon ta’ Renault, u George Russell ta’ Williams.
Kif spiċċaw: 1. L. Hamilton 1.35.49, 2. M. Verstappen +4.470, 3. D. Ricciardo +14.613, 4. S. Perez +16.070, 5. C. Sainz +21.905, 6. P. Gastly +22.766, 7. C. Leclerc +30,814, 8. N. Hulkenberg +32.814, 9. R. Grosjean +39.081, 10. A. Giovinazzi +40.035, 11. S. Vettel, 12. K. Raikkonen, 13. K. Magnussen, 14. N. Latifi, 15. D. Kvyat. Ma spiċċawx: L. Norris, A. Albon, E. Ocon, V. Bottas, G. Russell
//= $special ?>