Lokali

Libjan arrestat fuq serq minn kmamar f’lukandi f’Buġibba

Libjan 38 sena fl-aħħar siegħat kien arrestat mill-Pulizija fl-aħħar b’rabta ma’ serq minn diversi kmamar f’lukanda fi Triq il-Fliegu f’Buġibba nhar il-Ġimgħa li għadda.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan it-Taqsima tar-Reati Maġġuri rriżulta li kienu nsterqu diversi oġġetti personali u aktar l-istess Pulizija rnexxielha tidentifika l-allegat ħalliel.

B’rabta mal-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa, Joe Mifsud, u r-raġel, li qed jinżamm taħt arrest fid-Depot, mistenni jitressaq il-Qorti il-Ħadd filgħodu.