Internazzjonali

Litwanja: Jivvutaw fl-ewwel rawnd tal-elezzjoni ġenerali

epa07563708 A man votes during presidental elections in Vilnius, Lithuania, 12 May 2019. Nine candidates are seeking to succeed incumbent president Dalia Grybauskaite retiring after two terms of office. EPA-EFE/VALDA KALNINA

Il-poplu tal-Litwanja qed jivvota fl-ewwel rawnd tal-elezzjoni ġenerali, meta l-pajjiż kollu jinsab ansjuż dwar spinta rekord fl-infezzjonijiet lokali bil-coronavirus. Intant, il-koalizzjoni taċ-ċentru-xellug fil-Gvern qed tiddefendi l-mod kif irreaġiet għall-pandemija,waqt li qed tilqa’ l-isfida iebsa tal-konservattivi fl-Oppożizzjoni.

L-entitajiet politiċi rivali qed jikkonċentraw ukoll fuq politika li tnaqqas mid-differenzi – f’termini ekonomiċi u edukattivi – li jeżistu bejn is-setturi għar-residenti rurali u urbani f’dan l-Istat Baltiku, membru taz-zona ewro.

Il-partiti politiċi ewlenin fil-Litwanja huma favur l-Unjoni Ewropea u n-NATO – bl-istħarriġ ta’ opinjoni qed jindika tellieqa missielta ħafna bejn l-Unjoni tal-Bdiewa u l-Ħodor (taċ-ċentru-xellug) tal-Prim Ministru Saulius Skvernelis u d-Demokristjani Litwani konservattivi.

Jekk jerġa’ ikun elett, Skvernelis – li hu l-aktar popolari fost il-votanti rurali bl-anqas introjtu – qed iwiegħed biex iwaqqaf spiżeriji tal-Istat madwar il-pajjiż filwaqt li jintroduċi bonus ta’ flus annwali lill-anzjani.

Intant, ir-rivali konservattiva – l-eks Ministru tal-Finanzi Ingrida Simonyte – ikkritikat lil Skvernelis ( li  hu eks kap tal-pulizija) talli ‘mexxa amministrazzjoni kaotika u populista’ f’Vilnius.