Lokali

Nhar it-Tlieta; il-President ta’ Malta intervistat fuq Net Television

Nhar it-Tlieta li ġej fid-8:45PM waqt il-programm NEWSROOM fuq NET Television, se tixxandar intervista interessanti mal-President ta’ Malta George Vella.

Il-President ser jitkellem dwar il-ħsibijiet tiegħu fir-rigward tas-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19 kif ukoll dwar il-Malta Community Chest Fund Foundation fost ħafna aktar.

Din l-intervista saret numru ta’ ġranet qabel ma nstab pożittiv membru tal-istaff tal-Palazz tal-President ta’ Malta. Il-President ta’ Malta George Vella u martu għamlu swab test iżda rriżultaw negattivi. Madanakollu, huma xorta waħda ddeċidew li joqogħdu f’iżolament bħala miżura ta’ prekawzjoni.

L-intervista ġiet irrekordjata qabel ma ġara dan t’hawn fuq.