Lokali

“Nistgħu nimxu ‘l quddiem ilkoll flimkien” – Bernard Grech

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech intervistat minn Dr Andrew Azzopardi

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech intervistat minn Dr Andrew Azzopardi

Gepostet von Bernard Grech am Sonntag, 11. Oktober 2020

“Nistieden lin-nies biex jiġġudikaw, nittama li nikkonvinċihom, dak hu l-mezz li bih nistgħu nikbru.” – Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, meta’ kien intervistat mid-Dekan fl-Università ta’ Malta Andrew Azzzopardi fuq Net Television.

Fost diversi temi kurrenti, Bernard Grech tkellem dwar l-aħħar stħarriġ tal-MaltaToday fejn iż-żewġ mexxejja  jinsabu l-eqreb li qatt kienu sa minn Ottubru tal-2017, stħarriġ li wera wkoll kif bħalissa hawn l-inqas distakk bejn iż-żewġ partiti sa mill-aħħar Eleżżjoni Ġenerali. “Kelna d-diffikultajiet tagħna u dan is-survey jurina li l-affarijiet qed jiċċaqalqu. Ma wasalniex u dan is-survey se jtina l-kuraġġ biex indaħħlu kunfidenza fina nfusna biex nimxu ‘l quddiem llkoll flimkien.”

Bernard Grech tkellem dwar id-Dokument ta’ qabel il-Budget li nieda l-PN fl-aħħar jiem. Pre-Budget Document li primarjament jiffoka fuq it-tisħiħ tal-ekonomija tal-pajjiz. Hu saħaq li l-Gvern jidher li ma kellu ebda pjan ħlief li jsiru sinjuri tal-qalba. “Setgħu ppjanaw ekonomija li tkun ibbażata fuq aktar pilastri. Għandna Gvern li qed jibbaża biss fuq il-konsum u fuq il-kwantità.”

Bernard Grech saħaq li Gvern għaqli jibni fuq il-blat mhux fuq ir-ramel u kien għalhekk li l-Partit Nazzjonalsita ħareġ ‘l fuq minn 100 proposta ta’ kif  “nistgħu nibnu ekonomija li taħdem għan-nies.”

Fost it-temi li kien mistoqsi dwarhom il-Kap tal-PN, kien hemm Għawdex fejn saħaq li f’diskussjonijiet li jaffetwaw lill-Gżira u dawk li jgħixu fiha “għandna bżonn naraw x’inhi l-opinjoni tan-nies. Hu saħaq li “tajjeb li jsiru l-istudji imma ma nistgħux ninjoraw x’jaħsbu n-nies, speċjalment l-Għawdxin meta ikunu se jintlaqtu b’mod dirett.”

Fost id-diversi temi li kien mistoqsi dawrhom, Bernard Grech tkellem dwar is-sehem tan-Nisa fil-Parlament, ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja, Joseph Muscat, Egrant u l-Immigrazzjoni.

Hu temm l-intervista billi qal li se jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji “biex ikollna grupp parlamentari bl-aħjar ħiliet, team li jista’ jkun Gvern alternattiv” fejn temm jgħid li “Kulhadd huwa importanti.”

Ritratti: Matthew Tabone