Dalgħodu, għall-ħabta tal-ħdax, il-Pulizija ser tressaq numru ta’ persuni l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia.
Żewġ irġiel ser jitressqu wara li aggredixxew u serqu żewġ persuni fil-Ħamrun, żewġ persuni oħra ser jitressqu fuq każijiet separati relatati ma’ fastidju, stalking u li kkaġunaw ġrieħi gravi fuq persuna, fost l-oħrajn.
Dan filwaqt li raġel ser jitressaq b’rabta ma’ serq minn diversi kmamar ġo lukanda.
//= $special ?>