Fl-Open ta’ Franza magħruf ukoll bħala r-Roland Garros, Rafael Nadal rebaħ il-finali kontra Novak Djokovic biex b’hekk rebaħ it-13-il titlu ta’ din il-kompetizzjoni. Nadal laħaq ir-rekord ta’ Roger Federer dak ta’ 20 titlu ta’ Grand Slam, kif ukoll sar l-ewwel li rebaħ mitt partita fir-Roland Garros. Djokovic, li huwa n-numru wieħed tad-dinja safa’ megħlub 6-0 6-2 7-5 kontra n-numru tnejn tad-dinja. Il-partita damet sagħtejn u 41 minuta.
Djokovic tilef għall-ewwel darba din is-sena. Hu kien qed jiġġieled biex ilaħħaq ma’ Federer u Nadal li kienu jinsabu b’20 u 19-il titlu rispettivament, iżda din it-telfa fissret li hu baqa’ bi 18-il titlu taħt ismu filwaqt li l-avversarji tiegħu qed jiġġieldu biex jieħdu l-post tal-iktar tennist li rebaħ titli ta’ Grand Slams.
//= $special ?>