Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi fil-limiti ta’ Kennedy Grove

Żagħżugħ ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żebbuġ qed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-limiti ta’ Kennedy Grove f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur –Yamaha YZFR6 – li kien qed isuq u ħabat fil-crash barrier.

Fuq il-post marru Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku tal-Emerġenza mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Huwa ttieħed b’ambulanza l-Isptar fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.