Internazzjonali

Tajlandja: Imutu f’ħabta bejn ferrovija u xarabank

Mietu talanqas 20 persuna – b’għexieren oħra jindarbu – wara li xarabank baqa’ dieħel direttament ġo ferrovija. Mhix magħrufa r-raġuni għall-inċident  li seħħ xi 50 kilometru lejn il-lvant tal-kapitali Tajlandiża, Bangkok.

Il-passiġġieri fix-xarabank kienu qed jivvjaġġaw lejn tempju f’dik iz-zona biex jimmarkaw it-tmiem ta’ avveniment reliġjuż għall-Buddisti.

Ix-xarabank spiċċa maqlub fuq ġenb mad-daqqa u l-awtoritajiet tas-salvataġġ kellhom jużaw krejn biex jiddrittawh filwaqt li ngħatat l-ewwel għajnuna lill-midruba.

Il-Prim Ministru Tajlandiż, Prayut Chan-O-Cha, intant, wassal il-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi filwaqt li sejjaħ biex l-inċident ikun ‘investigat bis-sħiħ’.