Sport Sport Ieħor

Vivaldi Du Vivrot inaqqax ismu fl-istorja

Kenneth Vella

Fil-korsa tal-Marsa, f’ċirkustanzi straordinarji lbieraħ wara nofsinhar saret il-finali tal-edizzjoni 2020 tal-kompetizzjoni prestiġjuża tat-Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-aqwa klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Din il-finali, organizzata bl-għajnuna ta’ Bank Of Valletta u mirbuħa minn Vivaldi Du Vivrot u misjuq minn Anton Cassar, għamlet parti mill-34 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.

Ħdax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Alf De Melandre (Rodney Gatt) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Paparazzi (Mark Bonnici) u R.G.’s Thunderbolt (Mario Fenech). Madankollu dawra mit-tmiem Antron Cassar poġġa lil Vivaldi Du Vivrot fuq in-naħa ta’ barra biex jagħmel l-avvanz tiegħu. Cassar mar quddiem biż-żiemel tiegħu fid-dritta finali u ħareg rebbieħ faċilment b’vantaġġ ta’ żewġ tulijiet minn Glenn Boko (Charles Camilleri) u Output Pressure (Clint Vassallo). Alf De Melandre (Rodney Gatt) kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni minn Vichenko Chef (Noel Baldacchino) .  

Fi tmiem din il-finali, is-Segretarju Parlamentari responsbbli mill-Isport Clifton Grima u Charles Azzopardi f’isem BOV ippreżentaw it-trofej lil Anton Cassar u lil Keith Spiteri u Salvu Spagnol is-sewwieq u s-sidien rispettivament taż-żiemel rebbieħ.

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier ukoll fuq distanza twila. Din kienet ikkaratterizzata minn dwell eċitanti fid-dritta finali bejn Liam Dana (Charles Camilleri) u Waikiki Man (Owen Scicluna). Kien iż-żiemel Svediż ta’ Camilleri li fit-tieni dehra tiegħu f’pajjiżna ħa l-ewwel rebħa tiegħu wara li żied il-pass matul l-aħħar 400m. Bara Min (Redent Magro) u Buzz Sly (David Ellul) daħlu warajhom f’dik l-ordni.   

Ir-rebbieha kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Faribole d’Atout (R. Attard) Ħin – 3.26.2” (1.18.1”) 2. Happy Rapide (R. Gatt) 3. Frederika (M. Debono) 4. Frimeur Pipol (W. Galea)

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bonbon Bleu (J. C. Pace) Ħin – 3.24.2” (1.17.4”) 2. Coucou Mon Neveu (N. Baldacchino) 3. Midnight Passion (E. Bezzina) 4. True Wise As (J. Briffa)

III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Divonne (V. Fenech) Ħin – 3.27.4” (1.18.7”) 2. Cassius Du Pirai (Ch. Cassar) 3. Trazom (W. Cutajar) 4. Expert Majyc (Ch. Degiorgio)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Prediction (M. Spiteri) Ħin – 3.21.1” (1.16.2”) 2. Val De Villetot (A. Cassar) 3. Vizir Des Jacquets (T. Tanti) 4. Viking De L’Oremau (J. Gafa’)

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Faro Sue Heikant (N. Azzopardi) Ħin – 3.26.6” (1.18.3”) 2. Likearollingstone (C. Vassallo) 3. Sabacan Savage (Sh. Portelli) 4. Udjo Du Gilwesk (J. Attard)

VI Tiġrija. Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vivaldi Du Vivrot (A. Cassar) Ħin – 3.17.6” (1.14.8”) 2. Glenn Boko (C. Camilleri) 3. Output Pressure (C. Vassallo) 4. Alf De Melandre (R. Gatt) 5. Vichenko Chef (N. Baldacchino)

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Charm Blou (R. Gatt) Ħin – 3.21.8” (1.16.5”) 2. Duc d’Haufor (R. Magro) 3. Veaulnes (C. Degiorgio) 4. Alex Des Champs (N. Baldacchino)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Liam Dana (C. Camilleri) Ħin – 3.21.6” (1.16.4”) 2. Waikiki Man (O. Scicluna) 3. Bara Min (R. Magro) 4. Buzz Sly (D. Ellul)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bellina De L’Odon (R. Gatt) Ħin – 3.26” (1.18”) 2. Baqualito Mag (W. Farrugia) 3. Sharif America (M. Sammut) 4. Amour De Feline (N. Baldacchino)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Damu Cherry (J. Farrugia) Ħin – 3.23.2” (1.17”) 2. Bacchus (C. Vassallo) 3. Gringo Boko (C. Camilleri) 4. M.T. Khila (M. Ellul)