Matul l-ewwel ġimgħa ta’ tmexxija ta’ Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista ittessera 550 persuna. Fost dawn, hemm ammont kbir ta’ żgħażagħ.
Sostna dan il-Kap tal-PN meta lbieraħ kien qed jagħlaq il-maratona ġbir ta’ fondi li xxandret LIVE kemm fuq Net TV u anke fuq Net FM.
Matul din il-maratona nġabret is-somma ta’ €307,300.
Ritratti: Joseph Galea u Matthew Tabone
//= $special ?>