Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Il-fatalitajiet jitilgħu għal 43

Raġel ta’ 67 sena huwa t-43 fatalità tal-Covid-19 f’pajjiżna wara li tilef il-battalja mal-virus – dan ifisser li f’temp ta’ jumejn il-Gżejjer Maltin irreġistraw żewġt imwiet kawża tal-pandemija.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn spjegat li r-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-2 ta’ Ottubru, u sussegwentament waqt li kien rikoverat ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Ottubru, proprju ilbieraħ.

Għal darb’oħra l-Ministeru ħass il-ħtieġa li jgħid li ankè dan ir-raġel li miet kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.