Madwar 43 immigrant jinsabu fil-periklu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija, bl-għaqda Alarm Phone titlob l-għajnuna lill-awtoritajiet Maltin biex isalvawhom hekk kif madwar il-gżira mistenni l-maltemp.
Skont dak li qalet l-għaqda fuq Twitter tagħha, jidher li l-awtoritajiet Taljani rrifjutaw li jgħinu hekk kif mhix responsabbiltà tagħhom filwaqt li ma semgħu xejn minn naħa tal-Forzi Armati ta’ Malta u mill-Gwardja tal-Kosta Libjana.


