Coronavirus Lokali

“Għaliex ippermettejtu li jintilfu l-ħajjiet tal-anzjani?”- qraba ta’ vittma tal-COVID

"Il-mewġ tela' u belgħek miegħu Joe!"

Tkompli r-rabja tal-qraba li jum wara l-ieħor, familja wara l-oħra, qed jitilfu lil xi ħadd qarib tagħhom, bil-ħtija jitfgħuha kollha fuq in-nuqqas ta’ responsabbiltà mill-Gvern u l-Ministri Maltin.

Skont qraba ta’ anzjan ieħor, Joe kien ilu msakkar f’daru minn Frar li għadda, bl-inqas kuntatt possibli man-nies u saħansitra qraba tiegħu tant li għamel ġranet sħaħ waħdu iżda fl-aħħar xhur kellu jidħol b’urġenza l-Isptar, il-post fejn swielu ħajtu.

“U għaliex?” staqsew il-qraba. “Għaliex il-Ministru tat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli kien moħħha biex tiftaħ l-ajruport bla kontroll, li tagħmel l-avvenimenti tal-massa bla rażan u għax il-Prim Ministru qalilna ‘morru gawdu l-baħar għax il-mewġ fil-baħar qiegħed’!”

No description available.

Qraba tiegħu komplew jgħidu li l-agħar ferita hi li l-Gvern qed jinqeda’ bil-kundizzjonijiet alterjuri meta kieku ma kienx il-COVID-19 kienu jibqgħu jgawduh.

No description available.

Ftit tal-jiem ilu ibnu esprima l-weġgħa ta’ familtu għall-kummenti insensittivi tal-Prim Ministru, Robert Abela.