Lokali Parlament

Il-gvern għadu jinjora rakkomandazzjoni importanti tal-Kummissjoni Venezja

  • Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li minkejja l-pressjoni qawwija li għandu fuqu, il-gvern Laburista għadu jinjora rakkomandazzjoni importanti tal-Kummissjoni Venezja; ir-rakkomandazzjoni li fiha l-Kummissjoni qed toġġezzjona li d-deputati tal-gvern jkunu appuntati f’karigi tal-istess gvern.

Fil-parlament fid-dibattitu dwar ir-riforma tas-setgħat tal-ħatra, id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-kredibbiltà tal-pajjiż tkissret taħt gvern Laburista u sostna li kien għalhekk li intervjeniet il-Kummissjoni Venezja li għamlet rapport dwar Malta. Hu kompla li kienet is-soċjetà ċivili li għamlet din it-talba biex eżatt wara l-Ministru tal-Ġustizzja għamel l-istess talba lill-Kummissjoni Venezja.

Dan seħħ minħabba l-każi li seħħu; liema każi l-gvern Laburista kien jgħid li kienu biss alegazzjonijiet. Malta kellha Uffiċċju tal-Prim Ministru ihu implikat fil-qtil tal-ġurnalista bil-konsegwenza li l-kredibbiltà tal-pajjiż hi mal-art.

Il-gvern ma kellux triq oħra ħlief dik li jipprova jgħaddi dawn il-liġijiet kemm jista’ jkun malajr. Il-bidliet għamlet il-gvern saru għax il-gvern kien kostrett jagħmilhom u mhux għax jemmen fihom. Mill-kredibbiltà tal-pajjiż jiddependi l-għajxien tal-poplu.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dawk id-deputati li ma jkellmux fil-passat huma kompliċi u huma parti minn dik il-problema. Il-gvern injora rakkomandazzjoni importanti tal-Kummissjoni Venezja li d-deputati tal-gvern m’għandhomx ikunu appuntati u mħallsin f’bordijiet tal-gvern; kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa. F’demokrazija norali li jiskuritnja l-eżekuttiv, id-deputati m’humiex membri tal-eżekuttiv u l-obbligu tagħhom hu l jiksuritnaw lill-gvern.

Chris Said qal li l-gvern Laburista xtara bil-flus din is-sistema; kien anki l-Kummissarju tal-Istandards iddikjara li din is-sistema hi ħażina u għandha tieqaf. Il-back-bench tal-gvern hu mixtri, sostna Chris Said, li kompla li l-gvern kien dahru mal-ħajt u ma kellux triq oħra għax kien daħal fi sqaq li bilfors kellu jieħu azzjonjiet biex jipprova jsalva ġildu.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-istituzzjonijiet saru paraventu għall-kitchen cabinet u mhux biex iservi lill-poplu Malti. Dan qed jirriżulta minn xhieda tal-ministru Laburisti fil-qorti.

Il-PN jaqbel mat-tqassim tal-poteri; liema poter hu ġej mill-kostituzzjoni tal-Indipendenza. Dan il-kunċett llum intuża minn min irid jissalvagwardja l-interessi tiegħu u għalhekk il-pajjiż għandu l-problemi. Il-poter m’għandux ikun konċentrat biss f’idejn persuna waħda iżda għandu jinfirex.

Chris Said qal li fl-Awtorità tax-Xandir, fil-Kummissjoni Elettorali u l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku l-gvern qed jirrifjuta li jkun hemm ħatra biż-żewġ terzi.

L-Isteering Commitee dwar ir-riforma kostituzzjonali ilu ma jiltaqa’ xhur, sostna Chris Said, li kompla li donnu din il-lesġiżlatura riesqa lejn it-tmiem tagħha. Il-wiegħda tal-konvenzjoni kostituzzjonali għad ma twettqitx u għadha lanqas bdiet.