Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne jistaħba wara l-ħidma siewja li qed jagħmlu l-frontliners fil-ġlieda kontra l-Coronavirus għan-nuqqas ta’ sensittività li qed juri l-Ministeru mmexxi minnu ma’ kull mewta li titħabbar b’rabta mal-virus.
NetNews staqsa lil Fearne jekk jaħsibx li l-Ministeru tiegħu qed ikun insensittiv meta, ma’ kull tħabbira ta’ vittma kagun tal-pandemija, jingħata sottilment x’jifhem li l-vittma ma mititx biss bil-virus, iżda għax ikollha “kundizzjoni ta’ saħħa ulterjuri”.
Meta persuna jkollha kundizjoni, iżda titlef ħajjitha kawża tal-Coronavirus, il-Ministeru tas-Saħħa bħal jagħti x’jifhem li l-persuna ma tkunx mietet kawża tal-COVID, iżda għax ikollha kundizzjoni ulterjuri.
Għaldaqstant, għamilnilu tixbiħa għal din is-sitwazzjoni: Jekk jien inbati b’kundizzjoni – bħad-dijabete jew kundizzjoni fil-qalb – u mmut wara li laqtitni vettura, skont il-Ministeru tiegħu jien biex għandi nkun iddikjarat li mitt? Bil-kundizzjoni jew bil-vettura?
Ghall-ewwel, id-Deputat Prim Ministru għamel ta’ bir-ruħu li ma fehemx il-mistoqsija, iżda meta mistoqsi mill-ġdid, reġa’ ħa l-okkażjoni biss li jfaħħar lill-frontliners għall-ħidma tagħhom u ħalliena mingħajr tweġiba.
Sadanittant, aktar tard matul il-jum, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli rrikonoxxiet li l-“mecchanisms” li tant ftaħret bihom qabel ma bdew jingħataw il-permessi għall-attivitajiet tal-massa, fil-verità kellhom jinbidlu.
Mistoqsija minn NetNews, il-Ministru nħbiet wara l-iskuża li qed iġib il-Prim Ministru dan l-aħħar, jiġifieri li l-protokolli jinbidlu minn żmien għal żmien. U meta mistoqsija direttament jekk allura, jiddispjaċihiex bil-“mechanisms” li kienet ħabbret, hi ħarbet billi daret lejn ġurnalisti oħrajn.
//= $special ?>