Lokali

Il-PN jifraħ lit-73 rekluta ġdid li għamlu l-passout biex inħatru Uffiċjali Korrettivi ġodda

L-ammont ta’ kriminalità u bin-numru ta’ inmates dejjem jiżdied, il-ħtieġa ta’ aktar Uffiċjali Korrettivi hu neċessità.

Fi stqarrija, iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern Beppe Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista qal li r-reklutaġġ għandu jkun fuq bażi regolari bħalma jsir f’korpi dixxiplinari oħra.

Ix-xogħol ta’ Uffiċjal Korrettiv mhux wieħed faċli. Filwaqt li jrid jassigura d-dixxiplina, għandu wkoll ir-rwol li jirriforma lil min naqas lis-soċjetà

Il-Partit Nazzjonalista kompla li t-taħriġ lil dawn l-Uffiċjali, kif ukoll lil dawk li fil-passat daħlu għal dan l-impenn, għandu jkun wieħed kontinwu u aġġornat għaż-żminijiet tal-lum.

L-Awtorità tal-Ħabs għandha tassigura li l-ambjent li jaħdmu fih ikun wieħed ta’ livell għoli filwaqt li jitjiebu l kundizzjonijiet tax-xoghol ta l-istess ufficjali.