Lokali Qorti

Jitressqu l-Qorti b’akkużi separati ta’ serqiet

Illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar , il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri ser tressaq żewġ persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras.

Raġel ta’ 21 sena mill-Eritrea ser ikun qed jiġi akkużat li kien kompliċi f’serqa li seħħet fl-10 t’Ottubru, 2020 fil-Ħamrun.

Ir-raġel l-ieħor, Taljan ta’ 38 sena, ser ikun qed jiġi akkużat li wettaq serqa nhar is-7 t’Ottubru, 2020 f’San Pawl il-Baħar.