Lokali

‘Kuraġġ Cesco’ – appell għat-talb għal żagħżugħ li kien involut f’inċident

Għexieren ta’ persuni fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet bdew appell għat-talb biex żagħżugħ li kien involut f’inċient tat-traffiku jaqleb għall-aħjar.

Cesco, li għad għandu 26 sena, sofra ġrieħi gravi meta l-Ħadd filgħodu tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu fi Triq is-Salini, in-Naxxar. Sfortunatament hu tkaxkar għal diversi metri wara li ħabar fi crash barrier.

Kienu diversi dawk li fuq il-midja soċjali esprimew xokk għal din l-aħbar u wasslu messaġġi ta’ kuraġġ biex iż-żagħżugħ Sqalli li ilu diversi snin jgħix f’pajjiżna jegħleb din l-isfida.

Fost dawk li ftakru fih kien hemm diversi żgħażagħ li matul is-snin lagħbu l-futbol miegħu ma’ diversi skwadri lokali u t-tfajla tiegħu li fuq Facebook esprimiet imħabbitha lejh.