Lokali Qorti

Mart l-akkużat mixli li mporta u l-kimika Polonium u splussiv mixlija b’firma falza

Il-mara ta’ Jomic Calleja Maatouk minn Ħaż-Żebbuġ li jinsab mixli li mporta il-velenu Polonium u splussiv bil-għan li joqtol persuna, tressqet il-Qorti mixlija b’firma falza fuq kuntratt.

Marzia Marimar Maatouk residenti Tas-Sliema ġiet mixlija quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li ffalsifikat dokument fil-15 ta’ Mejju li għadda. Ġiet mixlija wkoll li naqset li toqgħod mal-kundizzjonijiet imposti lilha mill-Qorti.

Il-mara li ġiet ukoll interrogata mill-Pulizija fuq l-akkużi li qed jiffaċċa żewġha li qed jiġi mixli bl-importazzjoni ta’ velenu fost l-aktar letali li ħasad il-ħajja tal-eks spija Russu Alexander Litvinenko u li poġġa lill-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny f’koma sakemm irkupra fil-Ġermanja.

Jomic Calleja jinsab għaddej kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qed jiġi mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja u li sar reċediv.

Sadanittant l-akkużata ngħatat lil-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ € 800 u gatanzija personali ta’ €5,000.  Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit filwaqt li għal Marzia Marimar Maatouk deheru l-Avukati Franco Debono u Kathleen Grima.