Lokali

“Missieri ma kellux problemi ta’ saħħa bħalma qed tpenġuh intom”

"Kieku ma kienx il-COVID missieri għadu magħna."

Carla Martinez Al Hamo, bint it-42 vittma, Charlie, esprimiet rabja liema bħala għal mod kif il-Gvern qed iġib is-sitwazzjoni tal-vittmi tal-COVID-19 bħallikieku sempliċiment numru filwaqt li jigdbu dwar il-kundizzjonijiet tal-vittmi qabel imutu.

Carla kompliet tgħid li kien raġel b’saħtu u qatt ma kellu kundizzjonijiet filwaqt li minkejja li ħareġ negattiv għall-COVID, u tpoġġa f’ward ma’ pazjenti oħra li kienu għadhom qed jistennew ir-riżultat tal-COVID.

Il-qraba tal-vittma qed jitolbu lill-Gvern biex minnufih jieħu azzjoni biex ma jibqax ikun hawn iktar vittmi fost il-poplu Malti mingħajr ebda ħtija għalihom.