Lokali Qorti

Mixli li hedded lill-eks mara bi 11-il telefonata

Raġel ta’ 44 sena minn Santa Venera ġie mixli quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li nhar il-Ħadd li għadda bejn it-8.00am u l-11.00pm hedded lil martu meta ċemplilha għal mhux anqas minn 11-ildarba. Bħalissa l-koppja għaddejja minn proċeduri ta’ separazzjoni.

Ir-raġel li għalih deher l-Avukat Joe Bonnici wieġeb mhux ħati li wettaq reati wkoll li għamel użu minn meżżi ta’ kommunikazzjoni, jiġifieri mobajl. L-Ispettur Audrey Micallef qalet li kienet il-mara li għamlet ir-rapport lill-Pulizija wara l-allegati reati fejn din qalet ukoll lill-Pulizija, li wara t-telefonati saq warajha bil-karozza sal-Mosta u qalilha jekk kinitx sejra tiltaqa’ ma’ xi raġel ieħor.

Il-Qorti fuq talba tal-Prosekuzzjoni ordnat lill-akkużat biex ma jersaqx lejha jew b’xi mod jikkomunika magħha, Huwa baqa’ miżmum taħt arrest preventiv fejn lanqas ma kien hemm talba għal libertà proviżorja mid-difiża.