Lokali Qorti

Mixli li seraq koppja Maltija matul il-lejl u li sawwathom

Raġel ta’ 21 sena mill-Eritrea inżamm taħt arrest preventiv quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras wara li ġie mixli li agreddixxa koppja fil-Ħamrun matil il-lejl fi Triq Joe Sciberras u seraqhom.

Ermias Gebrezgeabher wieġeb mhux ħati li flimkien ma’ żewġ persuni oħra li tressqu l-Qorti nhar il-Ħadd, wara argument ma’ koppja Maltija bejn is-2.00am u s-2.30am. huwa serqilhom ammont ta’ flus u kkaġuna lil mara ġrieħi gravi u ġrieħi ħfief fuq ir-raġel.

L-Ispettur Lydon Zammit li flimkien mal-Ispetturi Stephen Gulia u Stacy Attard qal li l-mara spiċċat b’sieqa miksura. Qal li żewġ barranin ġew arrestati filwaqt li wieħed baqa’ ma nstabx imma nqabad wara grazzi għas-sistema tas-CCTV. L-allegati vittmi għarfu wkoll lil Gebrezgeabher. Għall-akkużat deher l-avukat Joe Bonnici.