-Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-ex Prim Ministru Joseph Muscat ma żammx kelmtu mal-poplu dwar l-ambjent tant li taħt it-tmexxija tiegħu saru sfreħji ambjentali kbar.
Fl-Aġġornament tal-parlament Ivan Bartolo tkellem dwar il-wiegħdi elettorali li Joseph Muscat għamel lill-poplu Malti qabel kien elett Prim Ministru fl-2013 u qal li b’mod sistematiku u b’ingann, Muscat u l-PL kisru dawn il-wiegħdi kollha. Fost kien hemm il-wiegħda dwar l-ambjent fejn Joseph Muscat kien wiegħed li se jipproteġi l-ambjent għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ Wied il-Għasel fil-Mosta u qal li minkejja l-importanza ekoloġika ta’ dan il-wied u minkejja li dan il-wied hu wieħed mill-isbaħ widien f’Malta in-nqqas ta’ ippjanar qed iwassal għal sfreġji kbar f’dan il-wied. Hu semma’ kif l-aħħar ġranet kienu karatterizzati minn nixxiegħat ta’ drenaġġ f’Wied il-Għasel propju minħabba li m’humiex jittieħdu s-salvagwardji neċessarji meta jsir il-bini.
Ivan Bartolo semma’ wkoll is-sitwazzjoni diffiċli li għaddejjin minnha r-residenti ta’ diversi toroq f’Ħ’Attard minħabba l-proġett tas-Central Link u nuqqas ta’ ippjanar li sar. Jirriżulta li minħabba x-xogħlijiet hemm tbatijiet fuq diversi residenti bil-konsegwenza li lanqas ambulanza ma tista’ tidħol.
Diffikultajiet oħra huma fuq il-bdiewa li kellhom l-artijiet tagħhom effettwati mill-proġetti u li ġew abbanduanti mill-gverm jirriżulta li bidwi minhom qed ikollu jżomm l-annimali tiegħu fi kmamar żgħar minħabba l-problemi li għaddejjin minnhom bħalissa.
Id-deputat Nazzjonlista kkritika wkoll lill-gvern Labruista għall-mod kif b’daqqa ta’ pinna fi ftit minuti ta art ODZ mill-aqwa f’Żonqor Point lill-Ġordaniżi biex suppost jibnu università meta dawn ma kellhom l-ebda esperjenza fis-settur. Hu qal li Joseph Muscat kellu l-opportunità li jġib bidla kbira fil-mentalità fil-pajjiż iżda falla għaliex ħaseb li ma kien se jitlef qatt il-poter.
Ivan Bartolo sostna li llum il-PL sar partit tas-sinjuri li qed jipprovaw jikkonvinċu lill-fqar biex jivvutawlhom.
//= $special ?>