Lokali Parlament

Proposta għal iktar għodda lill-pulizija fl-investigazzjonijiet ta’ reati gravi

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ppropona li fl-investigazzjonijiet dwar reati gravi, il-pulizija Maltija jingħataw il-faċilità li jinvestigaw persuna għal iktar minn 48 siegħa qabel jirrilaxxah.

Fl-Aġġornamnet tal-parlament Jason Azzopardi tkellem dwar il-kriminalità oganizzata u qal li l-perjodu ta’ arrest massimu hu ta’ 48 siegħa skont il-kosituzzjoni. Fil-pajjiżi tal-UE fl-aħħar snin saru l-emendi għal distinzjoni bejn investigazzjoni ta’ reat normali u reat gravi. F’Malta ma ssirx distinzjoni bejn rati żgħar u dawk gravi.

Jeħtieġ li din is-sitwazzjoni tinbidel kif sar fl-Ingilterra biex issir id-distinzjoni meħtieġa. L-arrest f’investigazzjoni fuq reat normali għandu jibqa’ 48 siegħa iżda f’reat gravi dan ikun ta’ 96 siegħa.

Id-deputat Nazzjonalista ppropona li f’każi ta’ investigazzjoniji ta’ reat jew delitt gravi, il-pulizija tkun tista’ tagħmel rikors quddiem il-maġistrat tal-għassa biex jingħataw 48 siegħa oħra għall-investigazzjonijiet.

Hu qal li reat gravi hu dak li jġorr miegħu piena ta’ iktar minn disa’ snin fosthom serq aggravat bil-vjolenza jew stupru. Il-pulizija għandhom bżonn din l-għodda, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li ċertu reati huma tqal ħafna biex ikunu investigati.