Franċiż ta’ 28 sena ġie kundannat tliet xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li mporta tliet grammi reżina tal-kannabis.
Giraud Sauveur Florian minn Lyon inqabad il-Ħadd, 11 ta’ Ottubru għall-ħabta tas-7.00pm fil-pusses ta’ din id-droga. L-Ispettur Silvio Magro qal fil-Qorti li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija bil-bidu sa l-aħħar u ammetta l-iżball li għamel. Għalih deher l-Avukat Herman Mula.
//= $special ?>